Saturday, May 18, 2024

Il-lejl li ġej mistenni li jkun lejl ta’ kesħa fina

Aqra wkoll

Dan il-lejl li ġej il-gżejjer Maltin se jesperjenza lejl ta’ kesħa fina. Dan intqal fuq mis-sit tat-tbissir tat-temp Maltese Islands Weather.

Skont is-sit, dan se jiġri minħabba li s-sema se tkun ċara ħafna. Fix-xhur kesħin, temp ċar u kalm ifisser li l-arja tiksaħ sew.

Dan minħabba li l-arja titlef s-sħana lejn l-ispazju bla tfixkil. Hekk kif l-arja tiksaħ, din ma tibqax tiflaħ iżżomm ħafna fwar u l-umdita toqrob l-100%.

Is-sit ikompli jirraporta li l-Umdita għola tinkoraġixxi l-iżvilupp ta’ ċpar u nida. Filfatt, jaf ikollna rqajja ta’ ċpar dens f’inħawi bi pjanuri u fil-widien. Qed nistennew li t-temperatura ta’ l-arja tinżel sa 5°C / 6°C billejl f’xi nħawi ċentrali tal-gżejjer.

It-temperatura normalment tilħaq il-minimu tagħha ftit qabel sbieħ il-jum, wara li l-arja tkun ilha lejl titlef is-sħana. Minħabba li l-arja kiesħa żżomm fil-baxx, u l-effett ta’ moderazzjoni li l-baħar għandu fuq l-arja, l-inħawi l-aktar kesħin ikunu dawk fuq pjanuri jew f’widien baxxi lejn iċ-ċentru tal-gżejjer.

Matul jum xemxi, it-temperatura tal-ħamrija tkun ferm ogħla minn dik ta’ l-arja. Bil-kontra, matul lejl ċar, it-temperatura tal-ħamrija ssoltu tkun ftit gradi aktar kiesħa minn dik ta’ l-arja. Filfatt, it-temperatura tal-ħamrija llejla taf tinżel bejn 1°C u 4°C.

Sport