Waqt il-ftuħ taċ-ċerimonja uffiċjali li mmarkat Jum Malta waqt id-Dubai World Expo 2020, Malta tat prestazzjoni interdixxiplinarja li fiha żeffiena, kantanti, u mużiċisti ħadu lill-udjenza fuq vjaġġ qasir tal-istorja, il-kultura, l-influwenzi u t-tradizzjonijiet ta’ Malta.


B’koreografija ta’ Francesca Abela Tranter u l-assistent koreografa Pamela Kerr, il-prestazzjoni kienet tinkludi għaxar żeffiena u sitt kantanti li huma Amber, Brooke, Destiny, Glen Vella, J Anvil, u Pamela Bezzina.
Fost dawk li kkummentaw dwar dan l-ispettaklu kien hemm il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri fejn innota kemm dwiet sabiħ il-lingwa Maltija waqt l-ispettaklu ta’ kanzunetti li wasslu dawn il-kantanti Maltin matul iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta f’Dubai.
Bosta kienu dawk li sostnew li tassew għandna biex inkun kburin li aħna Maltin; pajjiż imżejjen b’nies b’kapaċità u b’talenti kbar.
Spikkaw ukoll il-projezzjonijiet meraviljużi waqt il-ftuħ uffiċjali tal-padiljun Malti fid-Dubai World Expo 2020.

