Thursday, March 28, 2024

F’ġimagħtejn ingħataw aktar minn 5,000 tilqima tal-Covid fiċ-ċentru mediku tal-Armata

Aqra wkoll

Tul dawn ix-xhur ta’ pandemija l-Forzi Armati ta’ Malta kienu minn ta’ quddiem sabiex jassistu lill-poplu Malti u Għawdxi, kemm permezz tal-vaċċini, bil-boosters, iżda anke billi offrew servizzi oħra. Dan kif għamlu wkoll korpi dixxiplinati oħra.

F’dan l-isforz nazzjonali li qed isir sabiex kulħadd jieħu l-booster, l-Armata għal darba oħra qed tagħmel il-parti tagħha billi tiftaħ il-bibien tal-barracks tagħha f’Ħal Luqa għal pubbliku inġenerali sabiex kull min irid, imur jieħu t-tilqima hemm mingħajr il-ħtieġa ta’ appuntament.

Fi żjara li għamel il-Ministru Byron Camilleri t-Tlieta filgħodu ġie spjegat kif f’dawn l-aħħar ħmistax iċ-ċentru mediku tal-Armata ta  ‘l fuq minn 5,000 tilqima tal-Covid-19. Il-Ministru appella li issa huwa meħtieġ mill-ġdid li lkoll kemm aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex aktar u aktar nies imorru sabiex jieħdu din it-tilqima ħalli negħlbu l-pandemija malajr kemm jista’ jkun.

Ekonomija

Sport