Saturday, December 21, 2024

IL-LOTTERIJA B’IDENTITA’ NAZZJONALI B’INVESTIMENT TA’ INTRAPRIŻA MALTIJA 

Aqra wkoll

National Lottery plc sussidjarja ta’ IZI Group, illum żvelat Id-ditta korporattiva tagħha – NATIONAL LOTTERY li se tkun qed tieħu post Maltco Lotteries. F’attivita’ simbolika li ġiet organizzata fil-Foss tal-Imdina, il-kumpanija ħabbret il-pjanijiet tagħha sabiex tniedi lotterija li hija nazzjonali u li fuq kollox tirrapreżenta tassew lill-Maltin u r-rabta tradizzjonali tagħhom mal-logħob tal-Lotterija Nazzjonali. 

L-attivita’ kienet indirizzata mill-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta’ IZI Group, is-Sur Franco De Gabriele. Is-Sur De Gabriele ddeskriva l-proċess li wassal għall-għoti tal-konċessjoni nazzjonali biex titħaddem il-lotterija nazzjonali ta’ Malta, essenzjalment l-operazzjoni ewlenija tal-logħob f’Malta li tipprovdi servizz lil mijiet ta’ eluf ta’ persuni ta’ kull ġimgħa. 

“Aħna kburin li wara 18-il sena mill-privatizzazzjoni tal-lotterija nazzjonali ta’ Malta fl-2004, il-lotterija se tkun operata għall-ewwel darba minn kumpanija Maltija li l-missjoni tagħha hi li tipprovdri lis-suq b’servizz li hu lokali, nnovattiv u tal-ogħla livell ta’ kwalita’. L-ewwel deċiżjoni tagħna kienet li nistabbilixxu mill-ġdid l-isem ‘National Lottery’ bħala, bl-isem d-ditta korporattiva li se jiġi mill-ġdid stabbilit wara assenza ta’ ħafna snin. Dan huwa l-ewwel pass biex tinġieb lura l-identita’ nazzjonali ta’ din il-konċessjoni nazzjonali li se tkun ikaratterizzata minn servizz eċċelenti ipprovdut lill-klijenti tagħna.” 

Il-Grupp huwa wkoll kommess li jġib fis-suq titjieb fil-prodotti eżistenti, prodotti ġodda biex jespandu l-firxa attwali tal-logħob kif ukoll investiment f’sistemi biex jiġi żgurat li s-servizz offrut ikun tal-ogħla livell u bbażżat fuq oqfsa ta’ konformita’ mill-aktar rigorużi. 

Is-Sur De Gabriele semma wkoll l-importanza ta’ diversi partijiet ikkonċernati f’dan il-proġett, fuq kollox l-aġenti li jiffurmaw parti essenzjali mill-ekosistema tal-lotterija nazzjonali meqjusa bħala l-front liners li d-dedikazzjoni u l-intraprenditorija tagħhom huma pilastri fundamentali tal-lotterija nazzjonali. Barra minn hekk, is-Sur De Gabriele kellu kliem ta’ tifħir għall-impjegati tal-kumpanija li ilhom jaħdmu bla heda biex jiżguraw li s-servizz li ser jingħata jkun fost l-aqwa fuq skala internazzjonali. 

Waqt l-attivita’ ġiet ipproġettata produzzjoni awdjo-viżiva li turi l-iżvilupp storiku tal-lotterija ta’ Malta fuq lis-swar tal-Imdina. Il-filmat juri simbolikament it-tradizzjoni tal-Maltin lejn il-logħob tal-Lotterija Nazzjonali u l-kontribut strateġiku tal-lotterija lejn is-soċjeta’. 

National Lottery plc se tieħu f’idejha l-operat tal-lotterija nazzjonali ta’ Malta mingħand Maltco Lotteries fil-5 ta’ Lulju 2022, bl-ewwel tlugħ tal-Lottu li se jsir is-Sibt 9 ta’ Lulju fit-8:35 p.m. 

Ekonomija

Sport