Friday, May 3, 2024

Zlatan Ibrahimovic jista’ jirtira wara injury serja fl-irkoppa

Aqra wkoll

Zlatan Ibrahimovic għadu kif rebaħ titlu tas-Serie A ma’ AC Milan, iżda dan seta’ kien l-aħħar staġun tiegħu bħala player tal-football professjonali.

L-Iżvediż għadda minn operazzjoni oħra fl-irkoppa li għandha żżommu barra għal bejn 7-8 xhur. Issa, qed jikkunsidra bis-serjetà l-idea li jirtira wara bosta problemi ta’ injuries matul is-snin.

AC Milan żgur li bbenefikaw mis-servizzi matul l-aħħar tliet staġuni hekk kif Zlatan skorja 33 goal f’60 dehra fil-kampjonat Taljan tas-Seria A. 

Sport