Friday, November 15, 2024

Il-maġġoranza tal-annimali kkonfiskati fl-aħħar xhur ġew addottati

Aqra wkoll

Fl-aħħar sena u seba’ xhur ġew ikkonfiskati 294 annimal; 285 minnhom ġew addottati.

Dan ħareġ minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li l-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo kien qed iwieġeb lil Onor. Charles Azzopardi.

Il-Ministru Refalo qal li dawn l-annimali — li jinkludu poni, papri, qtates, għasafar, tiġieġ, summien, fniek tal-indi, fniek, klieb, wiżż, pluvieri, sriedaq, tiġieġ u amorini, kienu kkonfiskati bejn Mejju 2021 u Diċembru 2022.

Ekonomija

Sport