Tuesday, April 30, 2024

Antonio Conte jiddaħħal b’urġenza l-isptar

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Tottenham, Antonio Conte, iddaħħal b’urġenza l-isptar biex issirlu operazzjoni fil-marrara wara li sofra minn uġigħ addominali qawwi.

Spurs ikkonfermaw li l-manager tagħhom ġie djanjostikat bil-koleċistite. Għaldaqstant se jiġi operat illum stess. 

Stqarrija tal-club ikkonfermat: “Antonio Conte dan l-aħħar kien ma jiflaħx b’uġigħ addominali qawwi.

“Wara dijanjosi ta’ koleċistite, illum se jkun qed jagħmel operazzjoni biex titneħħielu l-marrara u jerġa’ lura għax-xogħol wara perjodu ta’ rkupru.

“Nixtiqulu fejqan ta’ malajr.”

Sport