Monday, September 23, 2024

Il-maġġoranza tal-kuntratturi applikaw għal aktar minn liċenzja waħda

… 523 applikaw għal liċenzja fit-tliet oqsma

Aqra wkoll

Ir-riforma tal-liċenzjar tal-kuntratturi jidher li ttieħdet bis-serjetà tant li l-maġġoranza ta’ dawk involuti fis-settur fehmu li mingħajr din il-liċenzja huma ma kinux se jitħallew joperaw.

Konferma ta’ dan hija l-lista ta’ kuntratturi li applikaw għal aktar minn liċenzja waħda mressqa fil-parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard fl-aħħar jiem.

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea, il-Ministru Attard ikkonferma li kien hemm 680 applikazzjoni għal skavar u twaqqigħ, 566 applikazzjoni għal skabar u kostruzzjoni, 967 applikazzjoni għal twaqqigħ u kostruzzjoni u 523 applikazzjoni fit-tliet oqsma.

Mill-ewwel ta’ Novembru li għadda kuntratturi li m’applikawx biex jiksbu liċenzja fl-oqsma tat-twaqqigħ, skavar u bini, ma setgħux ikomplu joperaw.

Dawk il-kuntratturi li ma applikawx sal-aħħar ta’ Ottubru għadhom jistgħu jagħmlu dan sal-31 ta’ Mejju ta’ din is-sena.

L-għan aħħari ta’ din ir-riforma huwa li jkun żgurat li l-kuntratturi jkunu aktar serji u responsabbli fix-xogħol tagħhom u dan b’ħarsien akbar lejn l-interessi ta’ terzi li jkunu jgħixu fil-viċinanzi ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni.

Sport