Wednesday, July 24, 2024

Jim Ratcliffe se jkun mġiegħel mill-Glazers biex ibigħ l-ishma tiegħu ?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá li Sir Jim Ratcliffe jinsab f’riskju li jkollu jbigħ l-ishma tiegħu ta’ 25% f’Manchester United fi żmien ta’ 18-il xahar biss.

L-investiment tal-biljunarju Brittaniku fil-club tħabbar lejlet il-Milied wara li ġiet stabbilita skadenza stretta għal Jum il-Milied min-negozjant ta’ 71 sena, li ħallas lis-sidien tar-Red Devils, l-aħwa Amerikani Glazers, £1.03 biljun għas-sehem tiegħu.

Ratcliffe, li nhar il-Ħadd li għadda kien preżenti f’Old Trafford jara lill-United itemmu fi draw ta’ 2-2 kontra Tottenham Hotspur flimkien ma’ Sir Alex Ferguson, issa ssottometta uffiċjalment l-offerta tiegħu biex jixtri l-ishma miftehma li mistennija tiġi finalizzata sa nofs Frar.

Madankollu, dokument ta’ din l-offerta żvela numru ta’ regoli dwar possibbiltá ta’ bejgħ fil-futur ta’ Manchester United.

Ippreżentata b’mod separat fuq il-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti (SEC) tiżvela li l-familja Gla­zer ma titħalliex la titlob jew saħansitra tinkoraġġixxi kwalunkwe offerta ġdida għall-ewwel sena wara li titlesta uffiċjalment l-offerta fit-13 ta’ Frar – sakemm ma jkollhomx kunsens bil-miktub tal-kum­panija  Ratcliffe’s Trawler Ltd.

Iżda, ladarba l-ewwel perjodu ta’ 18-il xahar ikun għadda, l-Amerikani jkunu f’pożizzjoni li jistgħu jbigħu lill-club għal kollox – u dan iġiegħel lill-kumpanija Ratcliffe’s Trawlers Ltd tbigħ kull sehem li għandha lil kwalunkwe xerrej potenzjali ġdid.

Id-dokument tal-offerta jispjega d-“dritt” li għandhom l-aħwa Glazers, li jgħid: “Sakemm il-partijiet tal-Glazers ikunu fil-maġġoranza tal-azzjonisti, 18-il xahar wara d-data tat-13 ta’ Frar 2024, ikollhim id-dritt li jġegħlu lill-azzjonisti kollha, inkluża Ratcliffe’s Trawler Ltd, ibiegħu l-ishma tagħhom.

Min-naħa l-oħra dan il-ftehim jiżgura wkoll li Ratcliffe jkun garantit l-ammont ugwali “bħala l-ogħla ammont imħallas lil kwalunkwe azzjonist ieħor tal-istess klassi tal-ishma”.

Id-dokument jgħid: “Jekk il-bejgħ iseħħ fi żmien tliet snin mill-għeluq tal-offerta, il-kumpanija Ratcliffe’s Trawler Ltd għandha tirċievu mill-inqas $33 għal kull sehem, li huwa l-istess prezz għal dak tal-offerta oriġinali.

Ftit tax-xhur ilu, il-Glazers stess kienu ħabbru li l-għan tagħhom huwa li jbiegħu lill-club ta’ Manchester United għal £10 biljun. Nistennew u naraw!

Ekonomija

Sport