Sunday, December 22, 2024

Il-Maġistrat ma tilqax it-talba ta’ Joseph Muscat u se tibqa’ tmexxi l-inkjesta

Aqra wkoll

L-eks-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat qal fuq il-paġna tiegħu tal-midja soċjali li l-Maġistrat Vella la laqgħetx ir-rikors tiegħu u se tibqa’ tmexxi l-inkjesta.

Sostna li “l-Maġistrat Gabriella Vella, mingħajr ma semgħet dak li għandi xi ngħid dwar ir-rikors tat-18 ta’ Mejju, ċaħdet it-talba li tirrikuża ruħha għaliex skont hi l-kitbiet u s-sapport fil-miftuħ tal-familjari tagħha ma’ min talab l-inkjesta dwar l-isptarijiet u l-espressjoni t’opinjoni ċara dwar dak li qed tinvestiga ma jolqotx l-imparzjalita tagħha.”

Dr Muscat kompla jgħid li “sfortunatament, dan imur kontra ġurispridenza u prinċipji internazzjonali maħsuba biex jistabilixxu standards ta’ kondotta etika għall-membri tal-ġudikatura. Ukoll, wara li għal aktar minn sena għazlet li tinjora t-talbiet kollha tiegħi biex nixhed, kien issa biss wara li eskalat din is-sitwazzjoni b’mod inaċċettabbli, li l-Maġistrat ikkunsidrat it-talbiet tiegħi.”

L-eks-Prim Ministru qal li se jkompli jieħu l-passi kollha biex “nipprova nassigura li dan il-proċess, li l-fiduċja fih kważi spiċċatli għal kollox, ma jispiċċax teatru politiku kif iridu xi ħadd, iżda jkun proċess skont is-saltna tad-dritt.”

Ekonomija

Sport