Sunday, November 24, 2024

Il-Malta Bowling Association tiżvela tarki ġodda għall-kampjonati nazzjonali u ħabbret kollaborazzjoni f’proġett tal-Erasmus+

Aqra wkoll

L-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bowling f’Malta żvela żewġ tarki bħala l-premji l-ġodda taż-żewġ kampjonati eżistenti tagħhom f’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta. Ukoll ħabbru kif il-proġett tal-Erasmus+ se tgħin il-membri tagħhom sabiex jitjiebu l-logħob tagħhom.

L-ewwel minn żewġ avviżi waqt il-Presentation Night ra lil Malta Bowling Association (MBA) jiżvela żewġ tarki bħala l-premji l-ġodda għat-timijiet li jirbħu l-kampjonati nazzjonali sponsorjati minn BOV. Tarka ġiet preżentata għal kull tim rebbieħ mis-staġun li temm xahar ilu f’Ġunju 2023 – wieħed għal “Team BOOM” li rebħu l-BOV Premier League u ieħor għat-tim “Emma’s Kitchen” li spiċċaw ir-rebbieħa tal-BOV Tieni Diviżjoni (BOV 2nd Division).

It-tarki għandhom 14-il plakka tal-fidda fuqhom; ippjanata li kull plakka jkollha inċiżjoni bl-isem tat-tim rebbieħa għall-kampjonati li ġejjin.

It-tieni avviż ħabbar li l-MBA se tikkollabora ma’ professuri mill-Università ta’ Aristotle f’Tessaloniki u Tenpin Club tal-Bowling mill-istess belt Grieg f’proġett tal-Erasmus+.

Dan il-proġett, li jismu “STAY In Bowling”, se tati opportunità lil membri interessati sabiex janalizzaw it-teknika tagħhom bl-użu ta’ sensuri. B’dawn is-sensuri, atleti (flimkien mal-kowċes tagħhom) jistgħu jaraw minn applikazzjoni addattata t-teknika tagħhom f’forma ta’ figura rqiqa. B’hekk, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jaraw x’inhuma eżatti l-affarijiet konsistenti u inkonsistenti fil-logħba tagħhom. Dan il-proġett huwa fl-ewwel fażi fit-timeline tiegħu – il-kollezzjoni ta’ applikazzjonijiet minn membri interessati li jixtiequ jitjiebu bl-użu ta’ din it-teknoloġija.

Il-Malta Bowling Association għamlet dawn iż-żewġ avviżi waqt il-Presentation Night tagħhom nhar il-Ġimgħa, fejn ippreżentew medalji u premji lil atleti lokali li rebħu l-kampjonati u kompetizzjonijiet fil-perjodu bejn it-tieni nofs ta’ 2022 sa l-ewwel nofs ta’ 2023.

Sport