Qed jiġi ssuġġerit biex il-McLaren jorbtu l-bonusijiet ta’ Oscar Piastri u Lando Norris mar-riżultati tat-team fil-Kampjonat tal-Kostrutturi, biex jiġu evitati kunflitti bejn iż-żewġ sewwieqa.
Il-proposta saret wara li Norris u Piastri ħabtu waqt li Sprint Race tal-Grand Prix ta’ Singapore, meta l-Ingliż ipprova jaqbeż lill-Awstraljan fl-aħħar dawra.
Din il-manuvra ġiet deskritta bħala ġudizzju ħażin, filwaqt li sostna li s-sewwieqa għandhom iqiegħdu l-interessi tat-team qabel dawk personali.
It-team tal-McLaren qed jiddiskuti s-sitwazzjoni maż-żewġ sewwieqa biex isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejniethom u tevita inċidenti simili fil-futur.




