Kolombjan jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2.30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Vjal l-Istadjum Nazzjonali, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li Kolombjan ta’ 31 sena residenti l-Gżira, li kien qed isuq mutur Voge SR, tilef il-kontroll u nqaleb.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport