Erba’ kunċerti tal-Milied se jittellgħu fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Patrijiet Franġiskani fir-Rabat, bħala parti mill-programm ta’ Natalis Notabilis 2026 – Malta’s Christmas Village.
Il-kunċerti se jsiru fil-5, 7, 11 u 12 ta’ Diċembru, bis-sehem ta’ tliet baned Maltin u l-Joy Gospel Singers.
Il-programm se jkun kif ġej:
- 5 ta’ Diċembru, 7:15pm: Banda Pinto ta’ Ħal Qormi
- 7 ta’ Diċembru, 7:15pm: Banda L’Isle Adam tar-Rabat
- 11 ta’ Diċembru, 7:30pm: Joy Gospel Singers
- 12 ta’ Diċembru, 7:15pm: Banda Santa Katarina taż-Żurrieq
Il-Knisja ta’ Santa Marija se tkun imżejna għall-okkażjoni, fosthom bi presepju tradizzjonali, biex toħloq atmosfera tal-Milied għal dawk li jattendu.
Il-biljetti għall-kunċerti tal-baned jistgħu jinkisbu mill-każini rispettivi, filwaqt li dawk għall-Joy Gospel Singers jistgħu jiġu bbukkjati permezz tal-paġna uffiċjali ta’ Natalis Notabilis fuq Facebook.
