Saturday, July 20, 2024

Il-Malta Girl Guides jeleġġu Kap Kummissarju ġdida

Aqra wkoll

Il-Malta Girl Guides (MGG) eleġġew Bord Nazzjonali ġdid, li jinkludi lill-Kap u lill- viċi-Kapijiet Kummissarji u membri oħra. Il-Kap Kummissarju ġdida, is-Sa Rachel Aquilina ħadet it-tmexxija tal-ikbar assoċjazzjoni għall-bniet u n-nisa f’Malta, mingħand is-Sa Claire Duff, iktar kmieni din is-sena.

Is-Sa Aquilina ilha attiva minn meta kienet żgħira. Bdiet il-vjaġġ tagħha mal-Girl Guides mal-grupp ta’ Ħal Luqa. Meta kibret, ħadmet f’ diversi rwoli u proġetti fi ħdan l-assoċjazzjoni, ħarrġet membri oħra u serviet ukoll bħala Kummissarju tad-Distrett tan-Nofsinhar. It-Terminu ta’ Kap Kummissarju hu ta’ tliet snin li jista’ jiġedded għal-tliet snin oħra.

Is-Sa Aquilina rringrazzjat lill-membri kollha tal-Malta Girl Guides u tal-kunsill talli wrew fiduċja fiha. Il-membri l-ġodda tal-bord nazzjonali tal-Malta Girl Guides hu magħmul mill- viċi-Kapijiet Kummissarji Dr Cynthia Duncan u s-Sa Elaine Attard, is-Segretarja s-Sa Claire Formosa, it-Teżoriera s-Sa Noella Pisani, il-Kummissarju Internazzjonali s-Sa Chantelle Galea, il-Kummissarju tal-Programm is-Sa Andrea Grima, il-Kummissarju tat-Taħriġ is-Sa Maureen Amoroso u r-Rappreżentanta tal-Kumitat taż-Żagħżagħ is-Sa Kristina Manicaro.

Għad-distretti, ġew eletti is-Sa Antoinette Seychell bħala Kummissarju u s-Sa Stephanie Caruana bħala viċi-Kummissarju tan-Nofsinhar. Id-distrett tat- Tramuntana hu rrappreżentat mill-Kummissarju s-Sa Tamaia Micallef Mifsud u l- viċi-Kummissarju s-Sa Gwen Gatt. Id-distrett Ċentrali hu rrappreżentat mill- Kummissarju tad-Distrett is-Sa Analise Scicluna u l-viċi-Kummissarju s-Sa Katya Galea.

Ekonomija

Sport