Thursday, February 6, 2025

Il-Malta Polo Club se torganizza l-King of Spain Cup nhar is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Il-Malta Polo Club se torganizza t-tieni avveniment tas-sena 2025 meta se tintlagħab il-King of Spain Cup fil-Malta Equidrome fil-Marsa. Żewġ timijiet se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni u dawn huma Team Remissa u Team Horse Power.

Team Remissa se jkun magħmul minn Jeremy Besancon, Bradlee Farrugia, Chris Delia u Ivan Camilleri filwaqt li Team Horse Power se jkollu lil Matthew Borg, Julian Mamo, Simon Psaila u Matthew Grech.

L-Umpires għal dawn l-erba’ chukkas se jkunu Mariano Iturrioz u Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjal li se jkun Philip Wismayer.

Il-logħba se ssir nhar is-Sibt li ġej bit-throw-in li se jkun fit-tlieta ta’ wara nofsinhar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport