Friday, September 25, 2026
Home Sport BNF Bank fi sħab mar-Royal Malta Golf Club għall-iżvilupp tal-golf f’pajjiżna

BNF Bank fi sħab mar-Royal Malta Golf Club għall-iżvilupp tal-golf f’pajjiżna

0
50

Ir-Royal Malta Golf Club laqa’ lil BNF Bank bħala s-sieħeb il-ġdid tiegħu waqt ċerimonja tal-iffirmar li saret nhar it-Tlieta li għadda, fl-istess jum tal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb.

Il-ftehim, li ġie ffirmat fil-preżenza taċ-Chairman tal-klabb Paul Stoner u ċ-Chief Banking Officer ta’ BNF Bank Glen Smith, se jiffoka fuq l-iżvilupp tal-golf f’Malta.

Din l-għajnuna se tkun qed tappoġġja l-Akkademja taż-Żgħar tal-klabb, li tattira aktar minn 100 tifel u tifla kull staġun, kif ukoll is-sezzjoni Happy Gilmores, li tilqa’ membri ġodda u persuni li jkunu għadhom kemm bdew jipprattikaw dan l-isport.

Is-sħubija se tinkludi wkoll l-isponsorizzazzjoni ta’ żewġ tournaments ġodda matul l-istaġun sportiv.

Stewart Davies, responsabbli mill-finanzi tal-klabb, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din is-sħubija, filwaqt li enfasizza l-importanza li jinbnew relazzjonijiet fit-tul u jinħolqu opportunitajiet ġodda għal dawk li jipprattikaw il-golf. Dan kollu jirrifletti wkoll il-filosofija ta’ BNF Bank.

Min-naħa tiegħu, Glen Smith sostna li BNF Bank jemmen li sħubija b’saħħitha tinbena fuq il-fiduċja, valuri komuni u viżjoni fit-tul. Huwa żied jgħid li l-bank huwa kburi li qed jissieħeb mar-Royal Malta Golf Club u jħares ’il quddiem biex ikompli jappoġġja l-iżvilupp tiegħu, filwaqt li joħloq valur għall-membri tal-klabb u għall-komunità inġenerali.

L-isponsorizzazzjoni ta’ BNF Bank għall-Akkademja taż-Żgħar se tibda uffiċjalment fl-1 ta’ Ottubru 2026.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here