Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Il-Malta Ranger Unit jgħidu li nstab qattus mimli ċomb 

Il-Malta Ranger Unit jgħidu li nstab qattus mimli ċomb 

0
1
Ritratt: Malta Ranger Unit

Il-Malta Ranger Unit permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali qalet li qattus instab mimbli ċomb. Ingħad li daħal rapport li kien hemm qattus mitluf u li dan kien qiegħed izappap. 

Ġie spjegat kif meta dan ittieħed għand il-veterinarju minn persuna li offriet li tikkura l-qattus, l-X-rays urew ir-realtà kerha tal-ġrieħi tiegħu. Ingħad li ċ-ċomb jinsab kważi f’kull parti tal-ġisem tal-qattus. 

Ir-Rangers tal-Malta Ranger Unit qed jgħinu fil-preżentazzjoni tar-rapport tal-Pulizija. Huma qalu li se jgħinu  wkoll fil-ħlas tal-kirurġija tal-qattus li se tkun qed isseħħ il-ġimgħa li ġejja.

Dan kollu huwa possibbli grazzi għall-aqwa Fabio Spiteri u l-għotja mogħtija lilna mill-Project100 tiegħu, sponsorjata minn Borg Cardona Pet Supplies.

Malta Ranger Unit tenniet dan il-messaġġ billi qalet; “Nitolbu lil kull min jiltaqa’ ma’ ġrieħi bħal dawn tal-qtates  biex jikkuntattjana u aħna niggwidawh aktar. Dan mhux aċċettabbli”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here