Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Żibel jieħu n-nar f’Ħaż-Żabbar … il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta jikkontrollaw s-sitwazzjoni 

Żibel jieħu n-nar f’Ħaż-Żabbar … il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta jikkontrollaw s-sitwazzjoni 

0
1

Kmieni ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-1:30 a.m., għadd ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta wieġbu għal nar li beda minn żibel f’Ħaż-Żabbar.

Il-pumpiera użaw madwar 7,000 litru ilma biex jitfu n-nirien u jkessħu ż-żona affettwata, inkluż il-materjal tal-iskart kollu involut. Fortunatament ma ġew irrappurtati l-ebda korrimenti.

Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta xtaqet tirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għall-assistenza tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here