Saturday, May 18, 2024

Il-Malta Ranger Unit qed ifittxu lil xi ħadd li jrid kun parti mit-tim tagħhom minn Għawdex

Aqra wkoll

Il-Malta Ranger Unit qed jaraw żieda fir-reati ambjentali f’Għawdex, iżda wkoll żieda fil-persuni li juru interess kbir biex jissieħbu fit-Taqsima tagħna u jsiru Volunteer Rangers.

Dan qalitu l-Malta Ranger Unit, f’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn qalet li
l-MRU għalhekk qed twaqqaf full-scale Volunteer Ranger Unit f’Għawdex, bit-tama li tali Unit fil-futur qarib tkun operattiva bis-sħiħ 24/7.

Dawk li jkunu mħajjr, iridu jkunu; iħobbu t-treks twal fil-kampanj, jkollhom ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni, jitkellmu Malti u Ingliż tajjeb u li jkollhom mill-inqas ġurnata fil-ġimgħa biex jiddedikaw għall-kawża tas-salvagwardja tan-natura

Kull min hu interessat, għandu jagħmel dan, billi jibgħat imejl fuq; [email protected]

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport