Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool jiġu f’tagħhom kontra Tottenham

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż Liverpool għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 4-2 f’partita eċċitanti u li fiha r-Reds fallew bosta ċansijiet ta’ skor.  

Liverpool fetħu vantaġġ ta’ erba’ goals minn Mohamed Salah (16), Andrew Robertson (45), Cody Gakpo (50) u ġmiel ta’ goal ta’ Harvey Elliot (59) b’xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa. 

Peró Spurs skorjaw darb­tejn minn Richarlison (72) u Son Heung-Min (77) iżda ma setgħux isalvaw il-partita.

Barra minn hekk Salah laqat darbtejn il-lasta. 

Brighton v Aston Villa – F’konfront missielet Brigh­ton rebħu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn rebound ta’ Joao Pedro (87) wara li l-istess player ra lill-goalkeeper Robin Olsen jilqagħlu l-penalty b’mod parzjali.

Chelsea v West Ham – Chelsea jidhru li ġejjin f’tagħhom hekk kif ospitaw lil West Ham u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Peró, huwa tard wisq biex il-Pensioners jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni Ewropea.

Ir-riżultat jindika d-dominanza ta’ Chelsea bil-goals jaslu minn Cole Pal­mer (15), Conor Gallagher (30), Noni Madueke (36) u doppjetta minn Nicolas Jackson (48, 80).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport