Wednesday, July 24, 2024

Il-Malta Ranger Unit tgħid li qed jiġi rrapurtat ħruq ta’ skart fil-kampanja Għawdxija

Aqra wkoll

Uffiċċjali mill-Malta Ranger Unit qed ikomplu jissorveljaw l-attivtajiet illeglai bħal rimi u ħruq ta’ skart fil-kampanja Għawdxija. Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn saħqet li f’Għawdex hemm nuqqas ta’ infurzar.

Huma qalu wkoll li l-uffiċjali se jżommu għajnejhom miftuħa u saħqu li meta ikun jidher il-persuna li wettaq ir-reat, r-rapport jiġi aġġornat sabiex l-Awtoritajie ikkonċernati jipproċedu.

Fl-istess messaġġ, huma appellaw lil Pubbliku sabiex jekk jinzertaw xi ħaġa, dawn għandhom jikkuntattjaw lill-ERA (b’mod anonimu jew le) u jirreferi għall-każ CRM01444/24.

Il-messaġġ intemm billi intqal li l-Malta Ranger Unit kull xahar jitrattaw iktar minn 300 każ ta’ illegalitajiet ambjentali.

Ekonomija

Sport