Wednesday, July 24, 2024

“Raġel li kien iħobb il-ħajja”

Iddentifikat il-vittma tal-inċident tat-traffiku f’Għawdex

Aqra wkoll

Thomas Merz-Zurawski huwa l-Ġermaniż li lbieraħ miet traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Marsalforn, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha li kien qiegħed isuq u kellu mpatt ma’ arblu tad-dawl.

Ħbieb ta’ Thomas li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li hu kien bniedem li jħobb il-ħajja u tieħu gost miegħu.

Intant fi stqarrija l-pulizija qalu li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur imut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Marsalforn, eżatt ftit ‘l isfel mill-Maxtura.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li sewwieq ta’ mutur għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq fosthom anke CPR iżda sfortunatament huwa kien ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-vittma hu Ġermaniż ta’ 65 sena.

B’rabta mal-każ infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji dalwaqt…

Ekonomija

Sport