Wednesday, July 24, 2024

Il-Malta Red Cross ssalva tlett itfal li sabu ruħhom f’diffikultà waqt li qed jgħumu

Aqra wkoll

Hekk kif it-temp ippermetta, bosta qegħdin jerħulha għal ġurnata baħar. Minkejja t-temp sabiħ, wieħed xorta jrid joqgħod attent għaż-żoni fejn il-baħar ikun qed jaħkem. Intant il-pubbliku huwa avżat sabiex isegwi l-messaġġi li ta’ spiss titfa’ fuq Facebook il-Malta Red Cross.

Intant il-Malta Red Cross innifisha li salvat tlett itfal, hekk kif dawn sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu qed jgħumu f’Għajn Tuffieħa. Ġie nnutat li minħabba li dawn ħadu azzjoni mill-ewwel, it-tfal ittellgħu fuq l-art qawwijin u sħaħ.

Għal aktar informazzjon, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Red Cross ħalli qabel ma’ jmur għal xi għawma jiċċekja ħalli jippreveni kull periklu.

Ekonomija

Sport