Wednesday, July 24, 2024

Il-maġġorparti tat-tfal f’Gaza qegħdin imutu minħaba malnutrizzjoni u nuqqas ta’ ikel

Aqra wkoll

Fayiz Abu Ataya huwa wieħed mit-trabi li twieled waqt din il-gwerra ta’ bejn l-Iżrael u l-Palestina. Ma tantx dam wisq igawdi l-ħajja f’din id-dinja, hekk kif ta’ seba’ xhur miet kawża ta’ malnutrizzjoni. Il-mewta tegħu ġiet rrapurtata l-ġimgħa li għaddiet u kien għalhekk li nħarġet twissija madwar id-dinja li din il-kriżi qed tkompli tikber.

Rapporti juru kif minn tal-inqas f’Gaza kien hemm madwar tletin tifel u tifla li sfaw vittmi ta’ malnutrizzjoni. Huwa mifhum li sa ftit ilu, iż-żona fejn kien jgħix Fayiz kellha nuqqasijiiet estremi ta’ ikel u kura medika.

Huwa mifhum li ħafna mill-ikel li għadu qed jidħol f’Gaża, qiegħed jintbagħat lejn it-Tramuntana permezz ta ‘qsim ġdid, hekk kif il-kriżi hemmhekk naqset. Minkejja dan, in-nies li joqogħdu fin-nofsinhar tal-pajjiż,qed jispiċċaw mingħajr provvisti. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-Kap tal-Programm Dinji tal-Ikel għall-Palestina.

Min-naħa tiegħu, huwa spjega li minn ħames ġimgħat ilu lil hawn, is-sitwazzjoni fit-tramuntana tjiebet b’mod sinifikanti. Dan filwaqt li, min-naħa l-oħra, b’mod partikolari fin-nofsinhar, jidherli s-sitwazzjoni se terġa’ tibda tiddeterjora. Żied jgħid; “Għandna ġimgħa jew hekk qabel in-nies ġenwinament jispiċċaw mill-assistenza kollha li setgħu jirċievu sa April u l-bidu ta ‘Mejju.”

Ekonomija

Sport