Wednesday, July 24, 2024

Il-Maltin it-tieni l-iktar fl-UE li naqsu l-infieq fuq l-ikel

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet il-Maltin u l-Għawdxin kienu t-tieni l-iktar poplu fl-UE li naqsu l-infieq fuq l-ikel u xorb mhux alkoħoliku fi djarhom.

L-istatistika turi li matul l-2019 id-djar f’pajjiżna naqsu n-nefqa fuq ikel u xorb li jikkunsmaw bi 3.5% u kienet il-Litwanja biss li rat tnaqqis ikbar b’5.2%.

B’kuntrast ir-Repubblika Ċeka kienet l-iktar pajjiż li żiedet in-nefqa fuq l-ikel u xorb alkoħoliku b’1.3%.

Ir-Rumanija kienet l-iktar pajjiż fejn id-djar nefqu l-ikbar ammont fuq ikel u xorb, 26%, mentri l-Irlanda kellha l-inqas bi 8.6%.

B’mod ġenerali id-djar nefqu €956 biljun fuq ikel u xorb mhux alkoħoliku, medja ta’ 13% tan-nefqa.

Din kienet it-tielet l-ikbar waħda wara l-elettriku, il-gass u l-ilma u t-trasport fejn id-djar jonfqu 23.5% u 13.1% rispettivament.

Ekonomija

Sport