Saturday, November 23, 2024

Il-MAM: 95% tat-tobba osservaw id-direttivi

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoin Medika Maltija (MAM) f’dettalji li tat dwar l-azzjoni industrijali qalet li ‘l fuq minn 95 fil-mija  tal-membri tagħha osservaw id-direttivi tal-azzjoni industrijali ordnati.

Iddikjarat  li l-uniku attivitajiet li baqgħu għaddejjin fl-Isptar Mater Dei u li huma eżentati mid-direttivi, jinkludu l-emerġenza, appuntamenti urġenti relatati ma’ trawma, interventi kirurġiċi ta’ wara l-operazzjonijiet, u l-obstetrija.

Fis-swali tal-operazzjonijiet qed isiru biss dawk ta’ emerġenza jew tal-kanċer, filwaqt li fiċ-ċentri tas-saħħa t-tobba kollha qed jaraw pazjenti ta’ emerġenza.

Żiedet li bl-istess mod it-tobba fl-isptar ġenerali t’Għawdex qed josservaw id-direttivi iżda każijiet ta’ emerġenza qed jiġu indirizzati.

Il-MAM esprimiet it-tama tagħha li l-Gvern jikkanċella l-attivitajiet tal-massa sabiex tissospendi d-direttivi u l-pazjenti jerġgħu jibdew jissejħu għall-appuntamenti.

Sport