Monday, December 23, 2024

Il-MAM tikkundanna t-tneħħija ta’ konsulent għas-saħħa pubblika; Tisħaq li qed jaslu numru ta’ każi ġodda mir-Renju Unit

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ikkundannat it-tneħħija ta’ konsulent għas-saħħa pubblika, Dr Kenneth Grech, responsabbli għall-kordinament tar-rispons kontar l-pandemija tal-Covid-19 li kien irrakkomanda kawtela dwar il-konsegwenzi tal-ftuħ tal-iskejjel.

Fi stqarrija dalgħodu l-MAM qalet li se tkun qed tlaqqa’ l-kunsill aktar tard illejla biex tealwa s-sitwazzjoni u tiddeiedi r-reazzjoni tagħha għal dak li hija sejħet bħala episodju ta’ intimidazzjoni.

Il-MAM esprimiet id-diżappunt tagħha li saru “l-istess żbalji kaġun ta’ deċiżjonijiet meħudin minn politiċi li kienu aktar ibbażati fuq il-populiżmu milli fuq pariri ta’ esperti mediċi”.

Tenniet li “attività tal-massa għall-anzjani f’San Ġwann, kunċert tal-mużika fil-Belt Valletta, attivitajiet f’diversi restoranti għall-Aħħar tas-Sena, u festini privati f’Għawdex, wasslu biex in-numru tal-każi ġodda jitilgħu minn 50 għal 200 kuljum fi ftit ġimgħat.”

Żiedet tisħaq li numru ta’ każi pożittivi qed jaslu mir-Renju Unit.

Il-MAM ħeġġet lill-Gvern biex ikompli jappoġġja lill-industrija tat-turiżmu b’mod finanzjarju aktar milli jinkoraġġixxi mġieba li tpoġġi f’riskju ħajjet in-nies u tkompli tagħmel aktar ħsara lill-industrija.

Ekonomija

Sport