Wednesday, December 25, 2024

“Il-manifest huwa l-kunratt tagħna”

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz tiegħu mill-attività politika fil-Fgura, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isports Clifton Grima qal li n-nies se tagħżel tim wieħed, immexxi minn kap wieħed li huwa Robert Abela.

Grima qal li meta l-Prim Ministru jitkellem dwar Tim Malta, jitkellem dwar tim magħqud li flimkien jista’ jwassal il-messaġġ tal-Partit Laburista.

Huwa qal li fuq naħa hemm il-passat li ma nbidilx, li fl-għawġ għolla l-kontijiet u fuq l-oħra hemm Prim Ministru li huwa l-futur li fil-mument tal-isfidi baqa’ jinvesti fin-nies.

Il-Ministru Grima qal li minn għada tibda l-ħidma biex tkompli din il-ħidma ta’ riżultati li nkisbu f’dawn l-aħħar snin.

Tkellem dwar kif Partit Nazzjonalista biddel il-manifest numru ta’ drabi, iżda il-Partit Laburista ppreżenta manifest b’elf proposta li huma l-kuntratt tiegħu biex imexxi l-pajjiż.

Ekonomija

Sport