Saturday, December 28, 2024

Il-mara li qatlet mara tqila biex ħadet it-tarbija… “oħti ma jistħoqqilhiex tmut”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-familja ta’ Lisa Montgomery, qegħdin jappellaw biex hi ma tingħatax il-piena kapitali permezz ta’ injezzjoni fuq qtil makabru ta’ mara tqila, li mbagħad fetħitha biex serqitilha t-tarbija.   Huma qed jargumentaw li ftit li xejn ingħata każ tad-diversi problemi ta’ saħħa mentali li Montgomery tbati minnhom.

“It-tama tiegħi hi dik li l-President, iwaqqaf l-eżekuzzjoni u tingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs. Oħti ma jistħoqqilhiex li tmut. Hi mhux l-agħar fost l-agħar, biex tingħata l-piena kapitali. Hi fost dawk l-aktar li humamkissrin.”

Ix-xahar id-dieħel Lisa Montgomery,  qed tissemma li se tkun qed tingħata l-piena tal-mewt fl-Istati Uniti.  Wara sbatax-il sena li fihom ma ngħatatx il-piena kapitali, kien riċentament li ngħatat il-piena kapitali lil Brandon Bernard. Montgomery hi l-unika mara fuq il-lista tal-piena kapitali. Jekk tingħata l-piena kapitali hi se tkun l-ewwel mara li tingħata l-piena kapitali sa mis-sena 1953.

Montgomery, sa issa hi mistennija li tingħata l-piena kapitali b’injezzjoni fit-12 ta’ Jannar. Montgomery fis-sena 2004 kienet qatlet lil Bobbie Jo Stinnett, mara tqila. Kienet qatlitha billi fgata u wara fetħitilha żaqqha biex ħaditilha it-tarbija. It-tarbija għexet u nstabet wara li Montgomery kienet arrestata.

Ekonomija

Sport