Christa Gauci, il-mara li qiegħda tiffaċċja akkużi b’rabta mas-serqa tad-droga mill-bariks tal-Forzi Armati, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
Meta kienet tressqet il-Qorti, il-Prosekuzzjoni kienet qalet li hi kienet saqet il-karozza tagħha Toyota Vitz biex wieħed mill-akkużati jasal fuq il-post fejn saret is-serqa u wara imbagħad saqet lejn garaxx f’Ħaż-Żebbuġ x’ħin intemmet is-serqa
Il-mara li għada 21 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.
Gauci hija t-tieni akkużata li ngħatat l-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ dan il-każ. L-ewwel imputat li ngħata l-ħelsien mill-arrest kien Liam Stewart.
Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri. Mexxa l-Prosekuzzjoni Dr Daniel Tabone f’isem l-Avukat Ġenerali bl-għajnuna tal-Ispetturi Joseph Mercieca u Mark Mercieca.
L-avukati ranco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit dehru għall-akkużata.