Tuesday, December 24, 2024

Il-mara tal-President tattendi għat-tnedija tal-wirja ‘Kun l-Artist’

Aqra wkoll

Numru ta’ opri artistiċi magħmula minn tfal ta’ taħt is-sittax-il sena qegħdin jiġu eżibiti ġewwa MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, bħala parti minn ‘Kun l-Artist’, inizjattiva ta’ Heritage Malta. 

Ix-xogħlijiet li qegħdin jiġu esebiti f’din it-tieni minn tliet wirjiet jiffukaw fuq it-temi ta’ tempji preistoriċi, ħelu tradizzjonali, u pożi għall-arti. Dawn it-temi kienu parti mill-kompetizzjoni virtwali, li tnediet bil-għan illi tispira lit-tfal waqt l-imxija tal-pandemija Covid-19. 

Is-Sinjura Miriam Vella esprimiet sodisfazzjon għall-inizjattivi li ttieħdu minn Heritage Malta fil- kultura u l-arti lokali, anke waqt il-pandemija tal-Covid-19. Hija sellmet u rringrazzjat lill-għalliema kollha kif ukoll lill-ġenituri li matul dawn ix-xhur għamlu l-almu tagħhom biex jassiguraw li l- pandemija ma ttelfilhomx l-andament tat-tagħlim tagħhom. 

Bejn April u Ġunju, l-inizjattiva ‘Kun l-Artist’ stiednet lil tfal ta’ taħt is-sittax-il sena sabiex jissottomettu l-kreazzjonijiet artistiċi tagħhom, skont it-temi diversi ppreżentati minn Heritage Malta. It-tfal Maltin u Għawdxin b’kollox issottomettew ’il fuq minn 260 biċċa tal-arti. 

Għal aktar dettalji, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku heritagemalta.org. 

Ekonomija

Sport