Monday, May 13, 2024

Mhux aktar minn 10 persuni fl-istess grupp… Ikkanċellati l-marċi tal-festa

Aqra wkoll

Fid-dawl tan-numru ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 li kellna fl-aħħar ġimgħa wasslu biex il-Gvern flimkien mad-dipartiment tas-Saħħa jerġġgħu jidħlu numru ta’ miżuri. Fil-fatt il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru ħabbar li ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni fl-istess grupp f’postijiet pubbliċi. Dan ifisser li waqt avveniment irid ikun hemm persuna waħda kull erba’ metri kwadri. Il-Ministru kompla jgħid li kull min se jattendi xi attività pubblika jrid iħalli n-numru tal-mowbajl biex ikun jista jsir contact tracing f’każ ta’ każi ġodda minn dak l-avveniment.

Il-Ministru ħabbar ukoll li bi ftehim mal-Kurja, minn għada, l-marċi tal-festi mhuc se jibqgħu jsiru. Fl-intervent tagħha, is-Supretendent tas-Saħħa, Charmain Gauci qalet

Il-Ministru Fearne qal li żewġ fatturi li kienu strumentali biex fl-aħħar xhur ksibna suċċess fid-dawl tal-pandemija COVID-19 kienu d-distanza soċjali u n-numru kbir ta’ testijiet.

Sport