Belġju………… 0
Marokk………. 2
B’rebħa meritata, il-Marokk irreġistraw sorpriża meta warrbu għal kollox l-isfida ta’ Belġju u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biex issa jinsabu b’ċans tajjeb li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni.
Minkejja li ddiżappuntaw, il-Belġjani xorta waħda għandhom ċans li jgħaddu għar-round tal-Aħħar 16 meta issa jilagħbu kontra l-Kroazja.
Il-Marokkini skorjaw tliet darbiet iżda l-ewwel wieħed, skorjat minn Hakim Ziyech ġie mħassar għal offside marġinali ta’ Romain Saiss.
Iżda fit-73 minuta huma fetħu l-iskor minn Abdelhamid Sabiri minn corner biex fit-92 minuta, Zakaria Aboukhlal issiġilla r-rebħa b’xutt fis-saqaf tax-xibka.
Belġju: Thibaut Courtois, Jan Vertonghen, Toby Alderweireld, Thomas Meunier (Romelu Lukaku 81), Thorgan Hazard (Thorgan Hazard 75), Eden Hazard (Dries Mertens 60), Axel Witsel, Amadou Onana (Youri Tielemans 60), Timothy Castagne, Kevin De Bruyne, Michy Batshuayi (Leandro Trossard75) – Coach: Roberto Martinez
Marokk: Bono, Romain Saiss, Noussair Mazraoui, Nayef Aguerd, Achraf Hakimi (Abdelhamid Sabiri 68), Sofyan Amrabat, Selim Amallah (Yahia Attiat-Allah 68), Azzedine Ounahi (Jawad El-Yamiq 78), Sofiane Boufal (Abderrazak Hamdallah 73), Youssef En-Nesyri (Zakaria Aboukhlal 73), Hakim Ziyech – Coach: Walid Regragui
Referee: Cesar Ramos (Messiku)
Assistenti: Alberto Morin, Miguel Hernandez (Messiku)
Ammoniti: A. Onana (B); A. Sabiri (M)