Tuesday, May 14, 2024

Tlieta arrestati wara li karozza nstaqet għal fuq in-nies f’Suq tal-Milied fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Tliet irġiel ġew arrestati b’rabta ma’ każ ta’ karozza li nstaqet għal fuq 800 persuna f’suq tal-Milied.

Familji sħaħ kienu miġburin f’Congleton f’Cheshire fl-Ingilterra għall-attivitajiet annwali tal-Milied meta karozza tal-għalma Volkswagen Golf griża nstaqet għal fuq in-nies b’veloċità ta’ mill-inqas 50 mil fis-siegħa.

Il-karozza nstaqet għal fuq iż-żona pedonali fi Bridge Street fejn kien qiegħed jittella’ s-suq u kkawża allarm fuq il-bejjiegħa u r-residenti. Xhieda fuq il-post qalu li semgħu twerżieq ta’ tajers filwaqt li l-karozza ntlemħet tinstaq għal fuq in-nies.

Filwaqt li l-pulizija arrestat tliet persuni b’rabta ma’ dan il-każ, il-karozza usata nstabet abbanduata ftit wara li seħħ il-każ.

Fil-post issejħu ambulanzi u timijiet mediċi iżda skont il-Pulizija f’Cheshire ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sport