Tuesday, May 14, 2024

Ħaddiema Għawdxin fid-djar tal-anzjani mhux se jkollhom għalfejn jaqsmu l-fliegu llejla

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Joe Ettiene Abela fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ħabbar li minħabba riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna, dawk il-ħaddiema Għawdxin li kien imisshom ix-xift ta’ billejl fid-djar tal-anzjani u f’San Vinċenz de Paul jistgħu ma jaqsmux lejn Malta.

Dan hekk kif il-Kumpanija Gozo Channel ħabbret li l-vapuri mhux se jkunu jaħdmu skont l-iskeda jew saħansitra jitwaqqfu kompletament.

Il-Ministru Abela spjega kif minkejja li l-ħaddiema Għawdxin mhux se jkunu qed jaqsmu, fid-djar tal-anzjani xorta waħda se jkun hemm ħaddiema biżżejjed mal-anzjani.

Sport