Tuesday, May 14, 2024

Zebbug R. jaħsdu lil Hamrun S. u jagħtuhom l-ewwel telfa

Aqra wkoll

Zebbug R…………4         

Hamrun S………..2        

Zebbug Rangers ħasdu lil Hamrun Spartans meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-2, biex taw l-ewwel telfa lill-Ispartans.

Il-partita kienet skedata għat-12 ta’ Novembru iżda minħabba xita qawwija u rwiefen, il-partita fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali kellha tiġi interrotta.

Wara biss tliet minuti il-captain SHAUN BUGEJA permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin wara li rċieva minn cross ta’ Stefan Jankovic kien tefa’ lil Zebbug fil-vantaġġ.

Fil-11-il minuta huma kienu rduppjaw l-iskor permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ Stefan Jankovic li ma ġiex miżmum mill-goalkeeper tal-Ispartans Henry Bonello, biex irriżulta auto-goal.

Dan sabiex tliet minuti biss wara, Hamrun naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta daqqa ta’ ras ta’ JONNY, wara li rċieva minn daqqa ta’ ras ta’ Elvis Mashike.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Zebbug ħarġu ferm aggressivi u Charles Lokoli Ngoy avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel kellu x-xutt angulat tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Bonello.

Fid-89 minuta Zebbug kabbru l-marġni tal-iskor meta CHARLES LOKOLI NGOY ikkonkluda ġirja tajba fuq ix-xellug, dar tajjeb ma’ Steve Borg qabel għeleb lil Bonello peremzz ta’ xutt li ħabat darbtejn mal-lasti qabel spiċċa fix-xibka.

Żewg minuti fil-ħin miżjud, Hamun naqqsu d-distakk meta Emerson Marcelina bir-ras minn tarf il-kaxxa għadda l-ballun lejn Dodo fuq ix-xellug b’dan iservi fuq platt tal-fidda lil ELVIS MASHIKE li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-95 minuta, Zebbug issiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal meta Leandro Almeida għadda lejn CHARLES LOKOLI NGOY fuq ix-xellug bl-attakkant Awstraljan jegħleb lil Vinicius fuq il-ġirja, daħal fil-kaxxa qabel tefa’ l-ballun wara Bonello.

Zebbug R. 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida, 5-Travis Bartolo (22-Gaetano Gesualdi 91), 6-Wilker Santos, 8-Ayrton Mizzi, 10-Stefan Jankovic, 11-Charles Lokoli Ngoy, 19-Glen Mifsud, 20-Jordan Sciberras, 21-Stanimir Miloskovic (Kurt Bondin 84) Coach: Brian Spiteri

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Ederson Domingos (28-Juan Carlos Corbalan 80), 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 7-Luke Montebello, 9-Elvis Mashike, 12-Roko Prsa, 14-Rodrigo Callegari, 63-Jonny (Dodo 75), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (17-Vinicius Ribeiro 80) Coach: Branko Nisevic

Referee: Ezekiel Barbara

Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: S. Bugeja 3, H. Bonello og 11, C. Lokoli Ngoy 89, 95 (Z), Jonny, E. Mashike 90 (H)

Ammoniti: S. Jankovic (Z)

Player tal-Logħba: Shaun Bugeja (Z)

Sport