Kanada…………… 1
Marokk…………… 2
Il-Marokk għelbu lill-Kanada bl-iskor ta’ 2-1 biex ikkwalifikaw għall-ewwel darba għall-Aħħar 16, f’parteċipazzjoni ta’ 44 sena.
Wara biss erba’ minuti huma fetħu l-iskor meta Hakim Ziyech approfitta minn żball difensiv biex bil- kalma kollha xeħet fix-xibka.
Fit-23 minuta huma rduppjaw meta Youssef En-Nesyri għeleb lill-goalkeeper Milan Borjan mill-viċin.
Iżda erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-Kanadiżi naqqsu l-marġni tal-iskor minn auto-goal ta’ Nayef Aguerd li kien il-100 ta’ din l-edizzjoni.
Kanada: Milan Borjan, Kamal Miller, Steven Vitoria, Alistair Johnston, Sam Adekugbe (Ismael Kone 60), Mark-Anthony Kaye (Atiba Hutchinson 60), Jonathan Osorio (Richie Laryea 65), Junior Hoilett (David Wotherspoon 76), Alphonso Davies, Cyle Larin (Jonathan David 60), Tajon Buchanan – Coach: John Herdman
Marokk: Bono, Noussair Mazraoui, Romain Saiss, Nayef Aguerd, Achraf Hakimi, Sofyan Amrabat, Abdelhamid Sabiri (Selim Amallah 65), Azzedine Ounahi (Jawad El Yamiq 77), Sofiane Boufa (Zakaria Aboukhlal 65), Youssef En-Nesyri, Hakim Ziyech (Abderrazak Hamdallah 76) – Coach: Walid Regragui
Referee: Raphael Claus (Brażil)
Assistenti: Rodrigo Correa, Danilo Manis (Brażil)
Ammoniti: J. Hoilett, J. Osorio, S. Adekugbe (K)