Il-Marokkin li nqatel f’San Ġiljan se jingħata tislima f’Malta qabel jittieħed f’pajjiżu

Aqra wkoll

Abdellatif Oumakhlouf, il-Marokkin ta’ 31 sena li nqatel f’San Ġiljan nhar il-Ħadd li gaħdda se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima f’Malta fl-Isptar Mater Dei nhar l-Erbgħa li ġej fid-9.00am biex wara jittieħed lura pajjiżu.

Ir-raġel kien instab mejjet fi Ġnien Spinola f’San Ġiljan fejn l-awtopsja kkonkludiet li huwa miet meta waqa’ wara li qala’ daqqa ta’ ponn waqt argument u ħabat rasu.

Dwar dan il-każ tressaq fil-Qorti u akkużat bi qtil Sebastian Malinowski, boxer Pollakk ta’ 27 sena li kien għal btala f’Malta. Huwa wieġeb mhux ħati u baqa’ miżmum arrestat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport