Friday, November 15, 2024

Il-Mercedes Benz tniedi kunċett ta’ trakkijiet ġodda elettriċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kumpanija tisħaq li l-produzzjoni tagħhom mistennija tibda fl-2023

Iktar kmieni, il-kumpanija internazzjonali Daimler Trucks ħabbret kunċett ġdid ta’ trakkijiet tal-merkanzija tal-Mercedes Benz, li mistennija jidħlu fis-suq matul il-ħames snin li ġejjin.

il-kumpanija laħqet li ser tibda taħdem fuq tlett mudelli differenti, liema mudelli ser jkunu introdotti fi żminijeit different: dawn sejrin jużaw teknoloġiji u sistemi differenti, hekk kif il-kumpanija qegħda tħares għal futur fejn il-vetturi kollha mistennija jużaw l-elettriku, kif ukoll teknoloġija li tniġġes inqas mill-magni konvenzjonali.

L-ewwel mudell, l-eAcrros, se jkollu range ta’ madwar 200 kilometru, u ser jidħol fis-suq lejn l-aħaħr tal-2021. Mudell ieħor, l-eActrosLongHaul, ser ikun jista jopera għal distanza itwal ta’ 500 kilometru fuq charge ta’ batterija waħda.

Fl-aħħar nett, il-Mercedes-Benz GenH2 Truck, ser ikollu sistema avant-garde ta’ fuel-cell, u topera fuq sistema ta’ elettriku kif ukoll tal-użu tal-idroġenu, bil-għan li jkun jista jopera sa l-fuq minn elf kilometru fuq charge waħda, utilħaq l-bżonnijiet tat-trasport tal-merkanzija minn poster għall-ieħor f’distanzi twal bl-istess mod konvenjenti ta’ trakk normali li jopera bil-karburant.  Dan mistenni jidħol fis-suq wara l-2025.

Ic-Chariman tal-Kumpanija, Martin Daum, saħaq li l-konsumaturi tal-lum jieħdu d-deċiżjonijiet abbażi tal-bżonnijiet razzjonali tagħhom, “u mhux lesti li jikkompromettu kwalunkwe teknoloġijia mal-użu ta’ kuljum, il-kapaċita ta’ ġarr u kif ukoll id-distanza. Fit-tnedija ta’ dawn il-mudelli l-ġoda, qegħdin naħdmu b’mod ċar biex inkunu iffukati fuq il-bżonnijiet tal-konsumatur, u qegħdin noħolqu sitwazzjonijiet li huma carbon neutral.

Ekonomija

Sport