Hekk kif illum kulħadd ħa ftit tan-nifs wara li t-temperatura niżlet ftit u anke kellna riħ qawwi, is-sit Maltese Islands Weather wissa li l-mewġ ta’ sħana fil-futur se jkunu aktar estremi.
Is-sit jgħid li issa l-mewġa ta’ sħana ntemmet, iżda ma nafux hux se jkollna mewġa oħra fil-ġimgħat li ġejjin. Fi spjegazzjoni ta’ xinhi mewġa ta’ sħana s-sit jgħid li “d-definizzjoni ta’ mewġa ta’ sħana hija tlett ijiem konsekuttivi jew aktar b’temperaturi massimi li jaqbżu l-medja għal dak iż-żmien tas-sena b’5°C jew aktar. It-temperatura massima medja għal Lulju hija ta’ 31.5°C. B’din id-definizzjoni nikkonkludu li l-mewġa ta’ sħana ta’ Lulju 2023 kienet twila għaxart’ijiem. It-temperatura qabżet 40°C f’numru rekord ta’ sitt ijiem konsekuttivi.”
Is-sit irraporta li se dawk li jbassru t-temp jinsabu ċerti li fis-snin li ġejjin se jkollna aktar minnhom u dawn se jkunu ħafna aktar estremi.