Tuesday, March 11, 2025

Il-mewt ta’ Diego Maradona … “Dak li għamlu huwa qtil”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Seba’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa li kienu jaħdmu mal-leġġenda tal-football, Diego Maradona fil-ġranet qabel miet, bdew ġuri fl-Arġentina akkużati b’negliġenza kriminali.

Filwaqt li dimostranti ammiraturi ta’ Maradona għajtu “qattiela, qattiela” meta dalgħodu l-akkużati daħlu f’qorti lokali, l-avukat li qiegħed jirrappreżenta lil ulied ta’ Maradona, Fernando Burlando, qal lill-ġurnalisti li l-qorti se tisma’ evidenza xokkanti.

Dan l-avukat saħaq li, “l-aktar ħaġa importanti hija li tifhem li dawn qatlu lil Diego… Dak li għamlu huwa qtil”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport