Sunday, November 24, 2024

Il-mexxej tal-grupp merċenarju Wagner, Yevgeny Prigozhin, iħalli r-Russja lejn l-eżilju

Aqra wkoll

Yevgeny Prigozhin, il-mexxej tal-grupp merċenarju Wagner, kellu jħalli r-Russja biex imur fl-eżilju f’Belarus. Fl-aħħar sigħat u ħoloq tensjoni kbira fir-Russja minħabba li fi ftit sigħat beda jieħu taħt il-kontroll tiegħu diversi bliet u ħalef li se jibqa’ miexi lejn Moska.

Wara li intervjena l-President ta’ Belarus Alexander Lukashenko – l-akbar alleat ta’ Putin – Prigozhin ordna lit-truppi tiegħu biex jirritornaw lejn il-bażijiet tagħhom u ma jibqgħux javanzaw lejn il-kapitali Moska.

Kien Prigozhin stess li ħabbar li kien qiegħed jirtira mill-ġlieda kontra l-President fejn qal li ma riedx li jkun hemm tixrid ta’ demm. Aktar tard ħareġ li l-President ta’ Belarus assigurah li f’pajjiżu se jkun sigur u l-forzi tal-pajjiż kienu se joffru sigurtà massima.

Min-naħa tal-Kremlin, qalu li ma kienu se jittieħdu l-ebda passi kontra l-mexxej ta’ Wagner u anke l-ġellieda tiegħu sakemm iwaqqfu l-ġlied b’mod immedjat.

Jidher li l-grupp Wagner kien qiegħed jgħin lil Putin fil-gwerra li qiegħed jagħmel kontra l-Ukranja. Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-grupp ma kienx kuntent kif kienu qegħdin isiru l-affarijiet mill-Forzi Russi fl-Ukranja hekk kif il-forzi tal-President Ukren kienet qegħdin jirbu ħafna artijiet li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien inħatfu mill-forzi Russi.

Sport