Sunday, December 22, 2024

Il-mexxejja fis-summit tal-G20 evitaw li jikkundannaw lir-Russja

Aqra wkoll

Aktar kmieni ġie fi tmiemu s-summit tal-G20 organizzat fi New Delhi fl-Indja fejn mexxejja distinti ffirmaw dikjarazzjoni li fiha l-pajjiżi ħadu pożizzjoni waħda dwar il-Gwerra fl-Ukrajna – dik li tirrenja l-paċi u li ma jkunx hemm użu ta’ forza għal okkupazzjoni ta’ artijiet. Proprju dwar dan, l-Ukrajna hija ddiżappuntata minħabba li f’dan is-summit il-mexxejja evitaw li jikkundannaw lir-Russja għall-invażjoni tagħha.

F’summit ikkonsidrat bħala wieħed storiku mill-G20, li għalih la r-Russja u lanqas iċ-Ċina ma attendew, il-pajjiżi parteċipanti fosthom l-Istati Uniti, Franza u r-Renju Unit, warrbu d-differenzi ta’ bejniethom u ddiskutew għal futur f’ambjent ta’ komunità aktar milli wieħed mifni mill-konflitti.

Bejn il-G7 u l-blokk Russu-Ċiniż intlaħaq konsensus dwar il-konflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Dan wassal biex inħareġ komunikat konġunt mis-summit tal-mexxejja tal-G20. Dan il-konsensu huwa kkonsidrat bħala aktar elaborat u fid-dettal mid-dikjarazzjoni li kienet saret is-sena l-oħra f’Bali – il-“Harikishan Sharma and Shubhajit Roy Reported”.

Il-Prim Ministru Narendra Modi f’dan is-summit saħaq fuq il-“Familja Waħda…”, li hija parti mit-tema prinċipali ta’ dan is-summit. Modi qal, “għandna aħbar tajba. Grazzi għax-xogħol u l-koperazzjoni tagħkom intlaħaq konsensus fis-summit tal-G20. Ipproponejt li d-dikjarazzjoni tkun adottata u nħabbar li se tkun adottata”.
Fid-diskors tiegħu Modi sejjaħ għal ħidma biex jintemm id-deficit globali u ħabbar li l-African Union, li fiha hemm 55 pajjiżi membri, ġiet aċċettata bħala membru permanenti tal-G20. Huwa saħaq li fl-era tal-lum “m’għandux ikun hemm gwerer u l-istati għandhom iħaddnu l-prinċipji tal-liġi internazzjonali, inkluża dik tal-integrità u s-sovranità tat-territorji u jaħdmu għal inizjattivi li jwasslu għal ġustizzja u paċi fl-Ukrajna”.

Iżda, minkejja li Modi kien ċar dwar l-għanjiet tal-pajjiżi tal-G20 favur il-paċi fl-Ukrajna, din tal-aħħar stenniet kundanna ħarxa dwar l-azzjonijiet Russi. Tant huwa hekk li bħala reazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren, Dmytro Kuleba, qal li, “id-dikjarazzjoni mhiex waħda ta’ min ikun kburi biha”. Dan minħabba li ma saritx kundanna fuq ir-Russja dwar il-Gwerra fl-Ukrajna, imma talbet “biss”. Tgħid li l-istati m’għandhomx jużaw il-forza biex jokkupaw territorju”.
Dan il-konsenus dwar il-Gwerra fl-Ukrajna ntlaħaq b’sorpriża hekk kif in-nazzjonijiet tal-Punent riedu kundanna fuq ir-Russja mentri l-pajjiżi l-oħra talbu li jiffokaw fuq kwistjonijiet ekonomiċi. L-istqarrija tkellmet dwar ix-xewqa tal-paċi u sostniet li l-użu jew it-theddid, ta’ armi nukleari huma inaċċettabbli.

Ekonomija

Sport