Sunday, October 27, 2024

ARA: Ikomplu jiżdiedu r-roti u l-muturi għall-pellegrinaġġ tal-Madonna tal-Grazzja

Xhieda ta’ devozjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja fuq quddiem, mijiet ta’ muturi dalgħodu telqu mill-Mosta u grupp kbir ta’ roti mir-Rabat, biex ingħaqdu fil-pellegrinaġġ li ħadhom sa Ħaż-Żabbar.

YouTube video
Filmat u ritratti: Roger Azzopardi

Ta’ kull sena jsir dan il-pellegrinaġġ għall-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, attività li ilha ssir mill-1951 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-inkurunazzjoni tal-kwadru titutali tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar.

Dak iż-żmien il-pelegrinaġġ fil-jum tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar kien beda bil-muturi biss iżda wara ngħaqdu magħhom sewwieqa tar-roti. Barra minnhekk, maż-żmien din l-attività kibret sew fil-popolarità tagħha fejn minn sena għall-oħra żdiedu ħafna l-parteċipanti.

Dan il-pellegrinaġġ, sinonimu mal-festa tal-Madonna tal-Grazzja, ifisser ħafna għas-sewwieqa għax iqisuha bħala l-protettriċi tagħhom. Mal-wasla f’Ħaż-Żabbar saret talba u t-tberik taċ-ċiklisti u tas-sewwieqa tal-muturi.

Sport