Sunday, December 22, 2024

Il-midja Russa tallega li s-suldati Ukreni “qed jaduraw il-forzi tad-dlamijiet”

Aqra wkoll

Wara l-akkuża ta’ “Nażisti” issa r-Russja jidher li qiegħda tallega li s-suldati Ukreni qed jipprattikaw “l-maġija sewda”, u dan hekk kif fuq ħajt ta’ bażi militari Ukrena, li ġiet abbandunata, instabet taħżiża ta’ “simbolu sataniku”.

Il-midja tal-istat Russu allegat li t-truppi Ukreni kienu qed jipprattikaw il-maġija sewda, u xhieda ta’ dan huwa “pittura ta’ siġill li għandu konnessjoni ma’ qawwa sopranaturali”. Alletagament, dan “is-sigil sataniku” nstab imħażżeż fuq ħajt fil-bażi militari ta’ Trekhizbenka fir-reġjun ta’ Luhansk. 

Il-midja tal-istat Russu RIA Novosti qalet li s-simbolu, kif ukoll marki oħrajn magħmulin mid-demm, huma xhieda ċara li s-suldati Ukreni kienu qed “jipprattikaw il-maġija sewda”. 

Il-midja kompliet tgħid li l-iskop kien li dawn “jikkonsagraw l-armi tagħhom b’qawwiet ta’ barra minn hawn biex dawn jagħmlu iktar ħsara fuq l-armamenti Russi.”

L-esperta kulturali u filosfu Russa Ekaterina Dais qalet li dan is-simbolu – li kien imħażżeż b’inka sewda – jinkorpora fih “siġill maġiku tal-qawwiet tad-dlam, flimkien ma’ ideat anarkisti, armi u anke simboli faxxisti.”  

Ekonomija

Sport