Saturday, December 14, 2024

Il-militar tal-Myanmar jesegwixxi l-piena tal-mewt fil-konfront ta’ erba’ attivisti favur id-demokrazija

Aqra wkoll

Il-militar tal-Myanmar esegwixxa l-piena tal-mewt fil-konfront ta’ erba’ attivisti favur id-demokrazija. Dawn il-persuni kienu ġew akkużati li wettqu “atti terroristiċi”.

L-attivisti kienu ngħataw il-piena tal-mewt mill-qorti fi smigħ li sar wara bibien magħluqa, smigħ li ħafna gruppi tad-drittijiet umani ddeskrivewh bħala inġust. Kollox kien beda fi Frar tal-2021 meta l-militar tal-Myanmar ħa l-kontroll tal-pajjiż b’kolp ta’ stat wara li allega li l-partit politiku ta’ Suu Kyi kien rebaħ l-elezzjoni bit-tbagħbis – akkuża li l-kummissjoni elettorali dejjem ċaħdet. Minn dakinhar Suu Kyi spiċċat ar­restata f’darha u akkużata b’litanija ta’ akkużi fosthom ta’ korruzzjoni u ħruġ ta’ informazzjoni sensittiva – ak­kużi li jistgħu jwasslu għal sentenza ta’ 150 sena ħabs. 

Wara l-kolp ta’ stat, il-militar wettaq għadd ta’ arresti ta’ persuni li pprovaw jirreżistu. Skont l-aġenzija Assistance Association for Political Prisoners (AAPP), in-numru ta’ persuni arrestati mill-kolp ta’ stat ’il hawn huwa ta’ 14,847 filwaqt li dawk maqtula u ta’ madwar 2,114.

Ekonomija

Sport