Inċident fil-mina ta’ Ħal Kirkop aktar kmieni wassal għal konġestjoni ta’ traffiku fiż-żona.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45 p.m u għalkemm ma weġġa’ ħadd fl-imsemmi inċident fil-post issejħu uffiċjali tal-LESA u xi uffiċjali tal-Pulizija minħabba li din hija waħda minn fost l-aktar rotot beżlin ta’ pajjiżna.
Infatti għadd ta’ persuni staqsew dwar dan l-inċident minħabba li aktar tard illum studenti se jkunu qegħdin ipoġġu għall-eżamijiet tas-Ċertifikat Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) u beżgħu li jistgħu jittardjaw.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li s-sitwazzjoni ġiet kontrollata u t-triq infetħet għat-traffiku b’mod normali.