Tuesday, May 14, 2024

“Il-qwiebel huma eroj fil-ħajja ta’ kuljum”

- L-MUMN, fil-Jum Internazzjonali tal-Qwiebel

Aqra wkoll

Il-5 ta’ Mejju huwa l-Jum Internazzjonali tal-Qwiebel. Fi stqarrija maħruġa minnha, l-Union tal-Qwiebel u l-Infermiera Maltija (l-MUMN), awgurat lill-professjonisti kollha f’dan is-settur. L-MUMN iddeskriviet lil dawn il-ħaddiema bħala eroj fil-ħajja ta’ kuljum.

F’dan il-jum, li jiġi ċċelebrat ta’ kull sena, ningħataw l-opportunità sabiex nonoraw ix-xogħol li jsir mill-qwiebel u biex nippromwovu għarfien tal-importanza kruċjali li dawn il-persuni jagħtu lill-ommijiet u lil uliedhom.

Il-qwiebel għandhom irwol importantissimu fil-ħajja tal-omm u tat-tarbija, sa mill-istadju tat-tqala għat-twelid tat-tarbija. Intant, permezz tal-assistenza tagħhom waqt it-twelid tat-trabi, dawn huma strumentali sabiex jonqos ir-riskju li l-omm u/jew it-tarbija jitilfu ħajjithom.

Sport