Saturday, May 4, 2024

Sitwazzjoni kontrollata wara li immigrant qabbad xi saqqijiet fiċ-Ċentru magħluq ta’ Ħal Far

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku ntalbu jagħmlu l-intervent tagħhom fiċ-Ċentru magħluq ta’ Ħal Far.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12:15 p.m meta l-pulizija daħlilha rapport li kien hemm xi residenti li setgħu kienu qegħdin iqabbdu xi saqqijiet fl-imsemmi post.

Aktar tard irriżulta li x’aktarx kien proprju wieħed mill-immigranti fil-post li kkawża xi ħsarat wara li qabbad xi saqqijiet li sussegwentament kkawżaw ħsarat oħrajn fil-post.

Intant kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li għalkemm issejjaħ tim mediku bħala miżura ta’ prekawzjoni f’każ li xi jindarbu xi immigranti jew xi uffiċjali waqt il-ħidma biex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni, fortunatament ħadd ma ndarab u s-sitwazzjoni tan-nar ġiet kontrollata.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport